EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0518

Kawża T-518/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Franza vs Il-Kummissjoni (“FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Programm għall-iżvilupp rurali eżagonali — Miżuri ta’ għajnuna għall-iżvilupp rurali — Żoni ta’ żvantaġġi naturali — Korrezzjoni finanzjarja fissa — Infiq imwettaq minn Franza — Kontrolli fuq il-post — Kriterju ta’ addebitu — Għadd tal-annimali — Żieda tar-rata ta’ korrezzjoni fissa minħabba li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kien rikorrenti — Garanziji proċedurali”)

OJ C 104, 19.3.2018, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-518/15) (1)

((“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Programm għall-iżvilupp rurali eżagonali - Miżuri ta’ għajnuna għall-iżvilupp rurali - Żoni ta’ żvantaġġi naturali - Korrezzjoni finanzjarja fissa - Infiq imwettaq minn Franza - Kontrolli fuq il-post - Kriterju ta’ addebitu - Għadd tal-annimali - Żieda tar-rata ta’ korrezzjoni fissa minħabba li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kien rikorrenti - Garanziji proċedurali”))

(2018/C 104/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Franza (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues, D. Colas, R. Coesme u A. Daly, sussegwentement D. Colas, R. Coesme u A. Daly, fl-aħħar nett D. Colas, R. Coesme, S. Horrenberger u E. De Moustier, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, A. Lewis u J. Aquilina, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment M. Sampol Pucurull, sussegwentement V. Ester Casas, aġenti

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119 tat-22 ta’ Ġunju 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 182, p. 39).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119 tat-22 ta’ Ġunju 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn tapplika korrezzjoni fissa b’żieda ta’ 10 % minħabba li n-nuqqas ikkontestat lill-awtoritajiet Franċiżi fil-qasam tal-għadd tal-annimali kien rikorrenti u ma kienx suġġett ta’ titjib min-naħa tagħhom.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni Ewropea jbatu l-ispejjeż tagħhom.

4)

Ir-Renju ta’ Spanja jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015.


Top