EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M8830

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8830 — Strategic Value Partners/Vita Group) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

OJ C 96, 14.3.2018, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/35


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8830 — Strategic Value Partners/Vita Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 96/11)

1.

Fis-7 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Strategic Value Partners, LLC (l-Istati Uniti tal-Amerka),

Vita Group (ir-Renju Unit), finalment ikkontrollata minn TPG Capital (l-Istati Uniti tal-Amerka).

Strategic Value Partners, LLC takkwista, permezz tas-sussidjarja tagħha Sunshine Bidco Limited, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Vita Cayman Limited kollha kemm hi, il-kumpanija azzjonarja aħħarija tal-Vita Group.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Strategic Value Partners, LLC hija ditta privata tal-investiment li tiġġestixxi fondi hedge u fondi ta’ ekwità privata u tinvesti fis-swieq pubbliċi u privati tal-ekwità, swieq tad-dejn u swieq oħrajn ta’ investiment alternattiv madwar id-dinja.

Il-Vita Group huwa manifattur u fornitur pan-Ewropew ta’ fowm tal-poliuretan, inkluża l-produzzjoni ta’ fowm u l-konverżjoni tal-fowm.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8830 — Strategic Value Partners/Vita Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top