EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CB0344

Kawża C-344/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Torino – l-Italja) – IJDF Italy Srl vs Violeta Fernando Dionisio, Alex Del Rosario Fernando (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KEE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li d-debitur prinċipali u l-garanti jitressqu quddiem l-istess qorti — Deroga mir-regoli li jistabbilixxu l-forum tal-konsumatur — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja)

OJ C 52, 12.2.2018, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Torino – l-Italja) – IJDF Italy Srl vs Violeta Fernando Dionisio, Alex Del Rosario Fernando

(Kawża C-344/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li d-debitur prinċipali u l-garanti jitressqu quddiem l-istess qorti - Deroga mir-regoli li jistabbilixxu l-forum tal-konsumatur - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2018/C 052/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Torino

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: IJDF Italy Srl

Konvenuti: Violeta Fernando Dionisio, Alex Del Rosario Fernando

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma japplikawx fil-kuntest ta’ tilwima relattiva għad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ kawżi relatati, meta t-tilwima msemmija ma tkunx tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 93/13.


(1)  ĠU C 330, 2.10.2017.


Top