EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0230

Kawża C-230/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – Coty Germany GmbH vs Parfümerie Akzente GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kompetizzjoni — Akkordji — Artikolu 101(1) TFUE — Distribuzzjoni selettiva ta’ prodotti kożmetiċi ta’ lussu — Klawżola li tipprojbixxi lid-distributuri milli jużaw terz li ma jkunx awtorizzat fil-kuntest tal-bejgħ bl-internet — Regolament (UE) Nru 330/2010 — Artikolu 4(b) u (c))

OJ C 52, 12.2.2018, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – Coty Germany GmbH vs Parfümerie Akzente GmbH

(Kawża C-230/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 101(1) TFUE - Distribuzzjoni selettiva ta’ prodotti kożmetiċi ta’ lussu - Klawżola li tipprojbixxi lid-distributuri milli jużaw terz li ma jkunx awtorizzat fil-kuntest tal-bejgħ bl-internet - Regolament (UE) Nru 330/2010 - Artikolu 4(b) u (c)))

(2018/C 052/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Coty Germany GmbH

Konvenuta: Parfümerie Akzente GmbH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li sistema ta’ distribuzzjoni selettiva ta’ prodotti ta’ lussu intiża, prinċipalment, li tinżamm id-dehra ta’ lussu ta’ dawn il-prodotti hija konformi ma’ din id-dispożizzjoni, sakemm l-għażla tal-bejjiegħa mill-ġdid isseħħ abbażi ta’ kriterji oġġettivi ta’ natura kwalitattiva, stabbiliti b’mod uniformi fir-rigward tal-bejjiegħa mill-ġdid potenzjali kollha u applikati b’mod nondiskriminatorju, u sakemm il-kriterji ddefiniti ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju.

2)

L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix klawżola kuntrattwali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi lid-distributuri awtorizzati ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva ta’ prodotti ta’ lussu intiża, prinċipalment, li tinżamm id-dehra ta’ lussu ta’ dawn il-prodotti milli jużaw pjattaformi terzi identifikabbli għall-bejgħ fuq l-internet tal-prodotti li jkunu s-suġġett tal-kuntratt, sakemm din il-klawżola hija intiża li żżomm id-dehra ta’ lussu tal-imsemmija prodotti, hija stabbilita b’mod uniformi u applikata b’mod nondiskriminatorju, u hija proporzjonata fid-dawl tal-għan li għandu jintlaħaq, liema fatti għandhom jiġu vverifikati mill-qorti tar-rinviju.

3)

L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta’ April 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji [ftehimiet] vertikali u prattiċi miftiehma, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, il-projbizzjoni imposta fuq il-membri ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva ta’ prodotti ta’ lussu, li joperaw bħala distributuri fis-suq, li jintużaw impriżi terzi identifikabbli għall-bejgħ bl-internet, ma tikkostitwixxix restrizzjoni tal-klijentela, fis-sens tal-Artikolu 4(b) ta’ dan ir-regolament, jew restrizzjoni tal-bejgħ passiv lill-utenti finali, fis-sens tal-Artikolu 4(c) tal-imsemmi regolament.


(1)  ĠU C 260, 18.7.2016.


Top