EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0624

Kawża C-624/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Den Haag (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Novembru 2017 – Proċeduri kriminali kontra Tronex BV

OJ C 32, 29.1.2018, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Den Haag (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Novembru 2017 – Proċeduri kriminali kontra Tronex BV

(Kawża C-624/17)

(2018/C 032/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Tronex BV

Domandi preliminari

1)

a.

Negozjant, li jirritorna lill-fornitur tiegħu (li jkun l-importatur, il-grossista, id-distributur, il-produttur jew persuna oħra li mingħandhom akkwista l-oġġett), fuq il-bażi tal-kuntratt eżistenti bejn in-negozjant u l-fornitur, oġġett imrodd lura minn konsumatur jew oġġett li sar superfluwu fl-assortiment tiegħu għandu jitqies bħala possessur li jarmi l-oġġett, kif imsemmi fil-parti introduttiva u fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva Kwadru (1)?

b.

Huwa rilevanti, għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 1)a., li dan huwa oġġett li għandu nuqqas jew difett li faċilment jissewwa?

c.

Huwa rilevanti, għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 1)a., li dan huwa oġġett li għandu nuqqas jew difett ta’ daqs jew ta’ gravità tali li l-oġġett, minħabba dan il-fatt, ma huwiex iktar adattat u lanqas ma huwa utli għall-iskop oriġinali tiegħu?

2)

a.

In-negozjant jew il-fornitur li jbigħ mill-ġdid lil xerrej ta’ lottijiet (mhux eżawriti) oġġett imrodd lura minn konsumatur jew oġġett li sar superfluwu fl-assortiment tiegħu għandu jitqies bħala possessur li jarmi l-oġġett, kif imsemmi fil-parti introduttiva u fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva Kwadru?

b.

Huwa rilevanti l-ammont tal-prezz ta’ xiri li għandu jitħallas mix-xerrrej ta’ lottijiet lin-negozjant jew lill-fornitur għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 2)a.?

c.

Huwa rilevanti, għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 2)a., li dan huwa oġġett li għandu nuqqas jew difett li faċilment jissewwa?

d.

Huwa rilevanti, għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 2)a., li dan huwa oġġett li għandu nuqqas jew difett ta’ daqs jew ta’ gravità tali li l-oġġett, minħabba dan il-fatt, ma huwiex iktar adattat u lanqas ma huwa utli għall-iskop oriġinali tiegħu?

3)

a.

Ix-xerrej ta’ lottijiet li jkun xtara f’lottijiet mingħand negozjanti jew fornituri, jbigħ mill-ġdid lil terzi (barrani) merkanzija mrodda lura minn konsumaturi u/jew li saru superfluwi, għandu jitqies bħala possessur li jarmi lott ta’ merkanzija, kif imsemmi fil-parti introduttiva u fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva Kwadru?

b.

Huwa rilevanti l-ammont tal-prezz ta’ xiri li għandu jitħallas mit-terzi lix-xerrej ta’ lottijiet għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 3)a.?

c.

Huwa rilevanti, għall-finijiet tar-riposta għad-domanda 3)a., li l-lott ta’ merkanzija jinkludi wkoll xi merkanzija li għandha nuqqas jew difett li faċilment jissewwa?

d.

Huwa rilevanti, għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 3)a., li l-lott ta’ merkanzija jinkludi wkoll xi merkanzija li għandha nuqqas jew difett ta’ daqs jew ta’ gravità tali li l-oġġett ikkonċernat, minħabba dan il-fatt, ma huwiex iktar adattat u lanqas ma huwa utli għall-iskop oriġinali tiegħu?

e.

Huwa rilevanti l-proporzjon ta’ merkanzija difettuża fil-lott kollu ta’ merkanzija mibjugħa mill-ġdid lit-terzi għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 3)c. jew għad-domanda 3)d.? Jekk dan huwa l-każ, liema hija l-perċentwali pern?


(1)  Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU 2008 L 312, p. 3).


Top