EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CA0099
Case C-99/16: Judgment of the Court (Third Chamber) of 18 May 2017 (request for a preliminary ruling from the Tribunal de grande instance de Lyon — France) — Jean-Philippe Lahorgue v Ordre des avocats du barreau de Lyon, Conseil national des barreaux (CNB), Conseil des barreaux européens (CCBE), Ordre des avocats du barreau de Luxembourg (Reference for a preliminary ruling — Freedom to provide services — Directive 77/249/EEC — Article 4 — Practice of the legal profession — Router for accessing the private virtual network for lawyers (RPVA) — Router for RPVA access — Refusal to issue to a lawyer registered at a Bar of another Member State — Discriminatory measure)
Kawża C-99/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Lyon – Franza) – Jean-Philippe Lahorgue vs Ordre des avocats du barreau de Lyon, Conseil national des barreaux “CNB”, Conseil des barreaux européens “CCBE”, Ordre des avocats du barreau de Luxembourg [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Direttiva 77/249/KEE — Artikolu 4 — Eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat — Router ta’ konnessjoni man-netwerk privat virtwali tal-avukati (NPVA) — Router “NPVA” — Rifjut ta’ provvista lil avukat iskritt fil-kamra tal-avukati ta’ Stat Membru ieħor — Miżura diskriminatorja]

OJ C 239, 24.7.2017, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 239/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Lyon – Franza) – Jean-Philippe Lahorgue vs Ordre des avocats du barreau de Lyon, Conseil national des barreaux “CNB”, Conseil des barreaux européens “CCBE”, Ordre des avocats du barreau de Luxembourg
(Kawża C-99/16) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 77/249/KEE - Artikolu 4 - Eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat - Router ta’ konnessjoni man-netwerk privat virtwali tal-avukati (NPVA) - Router “NPVA” - Rifjut ta’ provvista lil avukat iskritt fil-kamra tal-avukati ta’ Stat Membru ieħor - Miżura diskriminatorja])
(2017/C 239/16)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de grande instance de Lyon
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jean-Philippe Lahorgue
Konvenuti: Ordre des avocats du barreau de Lyon, Conseil national des barreaux “CNB”, Conseil des barreaux européens “CCBE”, Ordre des avocats du barreau de Luxembourg
fil-preżenta ta’: Ministère public
Dispożittiv
Ir-rifjut li jingħata router ta’ konnessjoni man-netwerk privat virtwali tal-avukati, maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti lil avukat debitament iskritt ma’ kamra tal-avukati ta’ Stat Membru ieħor, għar-raġuni waħda li dan l-avukat ma jkunx iskritt f’kamra tal-avukati fl-ewwel Stat Membru li fih huwa jixtieq jeżerċita l-professjoni tiegħu bħala fornitur liberu ta’ servizzi fil-każ fejn l-obbligu li jipprattika ma’ avukat ieħor ma huwiex impost bil-liġi, jikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-sens tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE, tat-22 ta’ Marzu 1977, biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati, moqri fid-dawl tal-Artikolu 56 TFUE u tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 57 TFUE. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk tali rifjut, fir-rigward tal-kuntest fejn dan ġie kkontestat, jissodisfax verament l-għanijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja li jistgħu jiġġustifikawh u jekk ir-restrizzjonijiet li jimponi ma humiex sproporzjonati fir-rigward ta’ dawn l-għanijiet.