EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0173

Kawża C-173/17 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 minn ANKO A.E. Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-25 ta’ Jannar 2017 fil-Kawża T-771/14, ANKO vs Il-Kummissjoni Ewropea

OJ C 168, 29.5.2017, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/28


Appell ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 minn ANKO A.E. Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-25 ta’ Jannar 2017 fil-Kawża T-771/14, ANKO vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-173/17 P)

(2017/C 168/37)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: ANKO A.E. Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (rappreżentant: Stauroula Paliou, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2017 fil-Kawża Τ-771/14 u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fuq il-mertu;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża Τ-771/14 tal-25 ta’ Jannar 2017 tinkludi evalwazzjonijiet ġuridiċi li jmorru kontra regoli tad-dritt tal-Unjoni, u tikkontestahom b’dan l-appell.

L-appellanti tqis li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata:

i

L-ewwel nett , abbażi ta’ żnaturament tal-provi, fir-rigward tal-affidabbiltà tas-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol.

ii

It-tieni nett , abbażi ta’ żball ta’ liġi, fir-rigward tar-regoli li japplikaw, fir-rigward tar-rikors, għal dak li għandu jiġi pprovat u għall-oneru tal-prova.

iii

It-tielet nett , abbażi ta’ żball ta’ liġi, fir-rigward tar-regoli li japplikaw, fir-rigward tal-kontrotalba, għat-tqassim tal-oneru tal-prova.

iv

Ir-raba’ nett , abbażi ta’ ksur ta’ forma proċedurali essenzjali u, b’mod partikolari, abbażi ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-fatt li l-kreditu tal-Kummissjoni huwa ċert, ta’ ammont fiss u dovut.


Top