EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0097

Kawża T-97/17: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2017 – Franmax vs EUIPO – R. Seelig & Hille (her- bea)

OJ C 112, 10.4.2017, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/46


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2017 – Franmax vs EUIPO – R. Seelig & Hille (her- bea)

(Kawża T-97/17)

(2017/C 112/64)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Franmax UAB (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: E. Saukalas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: R. Seelig & Hille OHG (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “her- bea” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 689 964

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1/12/2016 fil-Każ R 371/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top