EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0071

Kawża T-71/17: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2017 – France.com vs EUIPO – France (FRANCE.com)

OJ C 112, 10.4.2017, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/40


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2017 – France.com vs EUIPO – France (FRANCE.com)

(Kawża T-71/17)

(2017/C 112/56)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: France.com, Inc. (Coral gables, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Bertrand, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ir-Repubblika Franċiża

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “FRANCE.com” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 158 597

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 2452/2015-1

Talbiet

tippreżenta d-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja: (i) Fid-dawl tal-Artikoli 8(2) u 41(1) dwar it-trade mark Komunitarja u tar-Regoli 15(2)(b) u 17 tar-Regolament li jimplementa r-Regolament dwar it-trade mark tal-Komunità, fi proċedimenti ta’ oppożizzjoni, ir-rikorrenti, bħall-konvenut f’oppożizzjoni, għandha d-dritt li tinvoka drittijiet preċedenti, li jistgħu jikkostitwixxu drittijiet preċedenti għat-trade mark preċedenti użata bħala dritt preċedenti fl-oppożizzjoni? (ii) L-Istat Franċiż għandu xi tip ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali preċedenti fuq il-kelma “France” li ma hijiex l-isem uffiċjali tal-Istat Franċiż u li hija biss entità ġeografika? (iii) Jekk ir-risposta għad-domanda (ii) hija “Le”, l-isem “France” għandu jitqies bħala kelma li tinsab fid-dominju pubbliku u li fuqha ħadd ma jista’ jinvoka dritt ta’ proprjetà intellettwali? (iv) Jekk ir-risposta għad-domanda (ii) hija “Iva”, il-fatt li sa llum l-Istat Franċiż qatt ma invoka xi drittijiet fuq il-kelma “France” ħlief kontra France.com, għandu jitqies bħala diskriminazzjoni kontra r-rikorrenti?

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni mressqa mill-Istat Franċiż kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark semifigurattiva tal-Unjoni Ewropea “France.com” li saret applikazzjoni għaliha minn France.com Inc.;

tiċħad ir-rikors fir-rigward tal-kumplament;

tordna lill-EUIPO jbati l-ispejjeż tiegħu stess u li jħallas dawk sostnuti minn France.com Inc. fir-rigward tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

tordna lill-EUIPO u lill-Istat Franċiż ibatu kull wieħed nofs l-ispejjeż ta’ France.com Inc. fir-rigward tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 8(1), 8(2) u 41(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regoli 15(2)(b) u 17 tar-Regolament Nru 2868/95.


Top