EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0317

Kawża C-317/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tal-15 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital — Artikolu 64 TFUE — Moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi li jinvolvi l-provvista ta’ servizzi finanzjarji — Assi finanzjarji miżmuma f’kont bankarju Svizzeru — Avviż ta’ stima addizzjonali — Terminu għall-ħruġ ta’ stima addizzjonali — Estensjoni tat-terminu għall-ħruġ ta’ stima addizzjonali fil-każ ta’ assi miżmuma barra mill-Istat Membru ta’ residenza)

OJ C 112, 10.4.2017, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tal-15 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-317/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 64 TFUE - Moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi li jinvolvi l-provvista ta’ servizzi finanzjarji - Assi finanzjarji miżmuma f’kont bankarju Svizzeru - Avviż ta’ stima addizzjonali - Terminu għall-ħruġ ta’ stima addizzjonali - Estensjoni tat-terminu għall-ħruġ ta’ stima addizzjonali fil-każ ta’ assi miżmuma barra mill-Istat Membru ta’ residenza))

(2017/C 112/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 64(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi restrizzjoni għall-movimenti ta’ kapital imsemmija f’din id-dispożizzjoni, bħat-terminu għall-ħruġ ta’ stima addizzjonali estiż inkwistjoni fil-kawża prinċipali, anki meta din ir-restrizzjoni tkun applikabbli wkoll għal sitwazzjonijiet li ma għandhomx x’jaqsmu mal-investimenti diretti, mal-istabbiliment, mal-provvista ta’ servizzi finanzjarji jew mad-dħul ta’ titoli fis-swieq.

2)

Il-ftuħ ta’ kont ta’ titoli minn resident ta’ Stat Membru ma’ istituzzjoni bankarja barra mill-Unjoni, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ moviment tal-kapital li jinvolvi l-provvista ta’ servizzi finanzjarji, fis-sens tal-Artikolu 64(1) TFUE.

3)

Il-possibbiltà li l-Artikolu 64(1) TFUE jagħti lill-Istati Membri li japplikaw restrizzjonijiet għall-moviment tal-kapital li jinvolvi l-provvista ta’ servizzi finanzjarji tgħodd ukoll għal dawk, bħat-terminu għall-ħruġ ta’ stima addizzjonali estiż inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li la huma diretti lejn il-fornitur tas-servizzi u lanqas ma jirregolaw il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet tal-provvista ta’ servizzi.


(1)  ĠU C 311, 21.9.2015.


Top