EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0070

Kawża T-70/17: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2017 – TenneT Holding vs EUIPO – Ngrid Intellectual Property (NorthSeaGrid)

OJ C 104, 3.4.2017, p. 59–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/59


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2017 – TenneT Holding vs EUIPO – Ngrid Intellectual Property (NorthSeaGrid)

(Kawża T-70/17)

(2017/C 104/82)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TenneT Holding BV (Arnhem, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: K. Limperg, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ngrid Intellectual Property Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “NorthSeaGrid” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 223 517

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 1607/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top