EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0027

Kawża C-27/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos apeliacinis teismas (il-Litwanja) fid-19 ta’ Jannar 2017 – AB “flyLAL-Lithunian Airlines”, fi stralċ vs “Air Baltic Corporation AS” u Starptautiskā lidosta “Rīga” VAS

OJ C 104, 3.4.2017, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/35


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos apeliacinis teismas (il-Litwanja) fid-19 ta’ Jannar 2017 – AB “flyLAL-Lithunian Airlines”, fi stralċ vs “Air Baltic Corporation AS” u Starptautiskā lidosta “Rīga” VAS

(Kawża C-27/17)

(2017/C 104/50)

Lingwa tal-kawża: il-Litwanja

Qorti tar-rinviju

Lietuvos apeliacinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AB “flyLAL-Lithunian Airlines”, fi stralċ

Konvenuti:“Air Baltic Corporation AS” u Starptautiskā lidosta “Rīga” VAS

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl taċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, l-espressjoni “post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq” użata [fil-punt 3 tal-]Artikolu 5 tar-Regolament Brussell I (1) għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-post tal-konklużjoni, mill-konvenuti, tal-ftehim illegali kontra l-Artikolu 82(ċ) KE [Artikolu 102(ċ) TFUE] jew bħala li tirreferi għall-post fejn l-atti li jisfruttaw il-vantaġġ finanzjarju li jirriżulta minn dan il-ftehim twettqu, billi jintalbu prezzijiet predatorji (permezz ta’ sussidji trażversali) sabiex jikkompetu mar-rikorrenti fl-istess swieq inkwistjoni?

2)

Id-dannu (profitti mitlufa) subit mir-rikorrenti f’din il-kawża bħala konsegwenza tal-fatti illegali mwettqa mill-konvenuti jista’ jitqies bħala ħsara fis-sens tal-[punt 3] tal-Artikolu 5 tar-Regolament Brussell I?

3)

Fid-dawl taċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, l-attività tal-fergħa tal-Air Baltic fil-Litwanja taqa’ fil-kunċett ta’ “operazzjonijiet ta’ fergħa” fis-sens tal-[punt 5] tal-Artikolu 5 tar-Regolament Brussell I?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).


Top