EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0500

Kawża C-500/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-16 ta’ Settembru 2016 – Caterpillar Financial Services sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie

OJ C 22, 23.1.2017, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-16 ta’ Settembru 2016 – Caterpillar Financial Services sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie

(Kawża C-500/16)

(2017/C 022/04)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caterpillar Financial Services sp. z o.o.

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie

Domanda preliminari

Il-prinċipji ta’ effettività, ta’ kooperazzjoni leali u ta’ ekwivalenza stabbiliti fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jew kwalunkwe prinċipju ieħor applikabbli tad-dritt tal-Unjoni, jipprekludu, fil-qasam tal-VAT, fid-dawl tal-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tas-17 ta’ Jannar 2013, BGŻ Leasing, C-224/11, EU:C:2013:15, dispożizzjonijiet nazzjonali jew prassi nazzjonali li jipprekludu r-rimbors ta’ eċċess ta’ VAT miġbur bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, meta, minħabba l-aġir tal-awtoritajiet nazzjonali, il-persuna taxxabbli setgħet teżerċita d-drittijiet tagħha biss wara l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-obbligu fiskali?


Top