EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0439

Kawża C-439/16 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-iSpetsializiran nakazatelen sad – Il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Emil Milev (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Direttiva (UE) 2016/343 — Artikoli 3 u 6 — Applikazzjoni ratione temporis — Stħarriġ ġudizzjarju tad-detenzjoni provviżorja ta’ akkużat — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, matul il-fażi kontenzjuża tal-proċedura, l-eżami tal-eżistenza ta’ suspett raġonevoli li l-akkużat ikkometta reat — Kontradizzjoni mal-Artikolu 5(1)(c) u (4) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali — Marġni ta’ diskrezzjoni mogħti mill-ġurisprudenza nazzjonali lill-qrati nazzjonali sabiex jiddeċiedu jekk japplikawx jew le l-imsemmija konvenzjoni)

OJ C 6, 9.1.2017, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/23


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 27 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-iSpetsializiran nakazatelen sad – Il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Emil Milev

(Kawża C-439/16 PPU) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva (UE) 2016/343 - Artikoli 3 u 6 - Applikazzjoni ratione temporis - Stħarriġ ġudizzjarju tad-detenzjoni provviżorja ta’ akkużat - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, matul il-fażi kontenzjuża tal-proċedura, l-eżami tal-eżistenza ta’ suspett raġonevoli li l-akkużat ikkometta reat - Kontradizzjoni mal-Artikolu 5(1)(c) u (4) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali - Marġni ta’ diskrezzjoni mogħti mill-ġurisprudenza nazzjonali lill-qrati nazzjonali sabiex jiddeċiedu jekk japplikawx jew le l-imsemmija konvenzjoni))

(2017/C 006/28)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Emil Milev

Dispożittiv

L-opinjoni mogħtija fis-7 ta’ April 2016 mill-Varhoven kasatsionen sad (qorti suprema ta’ kassazzjoni, il-Bulgarija) fil-bidu tal-perijodu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/343, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Marzu 2016, dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali, u li tagħti lill-qrati nazzjonali li għandhom kompetenza sabiex jiddeċiedu dwar rikors ippreżentat kontra deċiżjoni ta’ detenzjoni provviżorja, il-possibbiltà li jiddeċiedu jekk, matul il-fażi kontenzjuża tal-proċeduri kriminali, iż-żamma ta’ akkużat taħt detenzjoni provviżorja għandhiex tkun suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju anki dwar jekk jeżistix suspett raġonevoli li huwa kkommetta r-reat li huwa akkużat bih, ma hijiex tali li tikkomprometti b’mod serju, wara l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, l-għanijiet mixtieqa minnha.


(1)  ĠU C 364, 3.10.2016.


Top