EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0679

Kawża T-679/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2016 – Athletic Club vs Il-Kummissjoni

OJ C 419, 14.11.2016, p. 56–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/56


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2016 – Athletic Club vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-679/16)

(2016/C 419/73)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Athletic Club (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: E. Lucas Murillo de la Cueva u J. Luís Carrasco, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 4046 finali, tal-4 ta’ Lulju 2016, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.29769 (2013/C) (ex 2013/NN), mogħtija minn Spanja favur ċerti klabbs tal-futbol, sa fejn tikkonċerna l-Athletic Club;

tannulla l-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 4046 finali, tal-4 ta’ Lulju 2016, dwar l-għajnua mill-Istat SA.29769 (2013/C) (ex 2013/NN), mogħtija minn Spanja favur ċerti klabbs tal-futbol, sa fejn tordna l-irkupru tal-għajnuna allegatament mogħtija lill-Athletic Club, kif ukoll it-tneħħija tas-sistema ta’ taxxa fuq il-kumpaniji għall-persuni ġuridiċi mingħajr skop ta’ lukru, kif din ġiet imposta fuq Athletic Club;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 4046 finali, tal-4 ta’ Lulju 2016, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.29769 (2013/C) (ex 2013/NN), mogħtija minn Spanja lil ċerti klabbs tal-futbol. Fir-rigward tar-rikorrent, din l-għajnuna tikkonsisti mill-benefiċċju fiskali li hija tkun kisbet, matul il-perijodu inkwistjoni, minħabba li kienet imposta bħala assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru u mhux skont is-sistema ġenerali ta’ taxxa fuq il-kumpanniji.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE

F’dan ir-rigward, hija ssostni li, fil-kuntest ġeografiku ta’ riferiment (Vizcaya), il-miżura eżaminata fid-deċiżjoni ma tistax titqies selettiva, minħabba li l-klabbs tal-futbol huma persuni ġuridiċi suġġetti għall-istess sistema u tip ta’ taxxa fuq il-kumpanniji.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE

F’dan ir-rigward, hija tafferma d-differenza fit-taxxa bejn il-persuni ġuridiċi mingħajr skop ta’ lukru u l-kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata hija ġġustifikata mid-differenzi essenzjali bejn dawn iż-żewġ tipi ta’ persuni ġuridiċi.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE

F’dan ir-rigward, hija tafferma li l-miżura eżaminata fid-deċiżjoni ma toħloqx distorsjoni tal-kompetizzjoni u lanqas ma taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 108 TFUE u l-Artikoli 1(b)(i), 17, 18 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, tat 22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE u 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).

F’dan ir-rigward, hija ssostni li, għalkemm il-miżura eżaminata fid-deċiżjoni kellha titqies bħala għajnuna mill-Istat, għandha, fi kwalunkwe każ, titqies bħala għajnuna eżistenti.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE u l-Artikolu 41(1)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

F’dan ir-rigward, hija ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni, minħabba li ma eżaminatx l-elementi essenzjali tad-definizzjoni ta’ għajnuna mill-Istat u ma weġbitx għall-allegazzjonijiet motivati tal-partijiet, u b’hekk injorat ir-rekwiżiti essenzjali tal-oneru tal-prova.


Top