EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0070

Kawża T-70/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2016 – Trajektna luka Split vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 102 TFUE — Iffissar, mill-awtorità portwali ta’ Split, ta’ tariffi fuq livelli massimi għas-servizzi portwali relattivi għat-traffiku intern — Ċaħda ta’ lment — Trattament tal-każ minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru — Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni”)

OJ C 419, 14.11.2016, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2016 – Trajektna luka Split vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-70/15) (1)

((“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 102 TFUE - Iffissar, mill-awtorità portwali ta’ Split, ta’ tariffi fuq livelli massimi għas-servizzi portwali relattivi għat-traffiku intern - Ċaħda ta’ lment - Trattament tal-każ minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru - Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni”))

(2016/C 419/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Trajektna luka Split d.d. (Split, il-Kroazja) (rappreżentanti: M. Bauer, H. J. Freund u S. Hankiewicz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, C. Urraca Caviedes, u I. Zaloguin, aġenti)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9236 finali, tat-28 ta’ Novembru 2014, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti relattiv għall-ksur tal-Artikolu 102 TFUE allegatament imwettaq mill-awtorità portwali ta’ Split jew tal-Artikoli 102 u 106 TFUE mwettaq mir-Repubblika tal-Kroazja jew mill-awtorità portwali ta’ Split (Każ AT.40199 – Port ta’ Split).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Trajektna luka Split d.d. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 118, 13.4.2015.


Top