EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0110

Kawża C-110/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Microsoft Mobile Sales International Oy, li kienet Nokia Italia SpA et vs Ministero per i beni e le attività culturali (MiBAC) et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proprjetà intellettwali — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29/KE — Dritt esklużiv ta’ riproduzzjoni — Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet — Artikolu 5(2)(b) — Eċċezzjoni ta’ kkopjar privat — Kumpens ekwu — Konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ dritt privat sabiex jiġu stabbiliti l-kriterji ta’ eżenzjoni mill-ġbir tal-kumpens ekwu — Rimbors tal-kumpens li jista’ jintalab biss mill-utent finali)

OJ C 419, 14.11.2016, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Microsoft Mobile Sales International Oy, li kienet Nokia Italia SpA et vs Ministero per i beni e le attività culturali (MiBAC) et

(Kawża C-110/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Proprjetà intellettwali - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Dritt esklużiv ta’ riproduzzjoni - Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet - Artikolu 5(2)(b) - Eċċezzjoni ta’ kkopjar privat - Kumpens ekwu - Konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ dritt privat sabiex jiġu stabbiliti l-kriterji ta’ eżenzjoni mill-ġbir tal-kumpens ekwu - Rimbors tal-kumpens li jista’ jintalab biss mill-utent finali))

(2016/C 419/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Microsoft Mobile Sales International Oy, li kienet Nokia Italia SpA, Hewlett-Packard Italiana srl, Telecom Italia SpA, Samsung Electronics Italia SpA, Dell SpA, Fastweb SpA, Sony Mobile Communications Italy SpA, Wind Telecomunicazioni SpA

Konvenuti: Ministero per i beni e le attività culturali (MiBAC), Ministero per i beni e le attività culturali (MiBAC), Società italiana degli autori ed editori (SIAE), Istituto per la tutela dei diritti degli artisti interpreti esecutori (IMAIE), fi stralċ, Associazione nazionale industrie cinematografiche audiovisive e multimediali (Anica), Associazione produttori televisivi (Apt)

Fil-preżenza ta’: Assotelecomunicazioni (Asstel), Vodafone Omnitel NV, H3G SpA, Movimento Difesa del Cittadino, Assoutenti, Adiconsum, Cittadinanza Attiva, Altroconsumo

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, minn naħa, tissuġġetta l-eżenzjoni mill-ħlas tal-imposta għall-ikkopjar privat tal-produtturi u tal-importaturi ta’ apparati u ta’ mezzi intiżi għal użu manifestament differenti mill-ikkopjar privat għall-konklużjoni ta’ ftehimiet bejn entità, li jkollha monopolju legali tar-rappreżentanza tal-interessi tal-awturi ta’ xogħlijiet, u l-persuni responsabbli għall-ħlas tal-kumpens jew l-assoċjazzjonijiet settorjali tagħhom u, min-naħa l-oħra, tipprevedi li r-rimbors ta’ tali imposta, meta tkun tħallset indebitament, jista’ jintalab biss mill-utent finali tal-imsemmija apparati u mezzi.


(1)  ĠU C 178, 1.06.2015


Top