EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0016

Kawża C-16/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo n°4 de Madrid – Spanja) – María Elena Pérez López vs Servicio Madrileño de Salud (Comunidad de Madrid) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat — Klawżoli 3 sa 5 — Kuntratti ta’ impjieg għal żmien determinat suċċessivi fil-qasam tas-saħħa pubblika — Miżuri intiżi li jipprevjenu l-użu abbużiv tar-relazzjonijiet ta’ impjieg għal żmien determinat suċċessivi — Sanzjonijiet — Klassifikazzjoni mill-ġdid tar-relazzjoni ta’ impjieg — Dritt għal allowance)

OJ C 419, 14.11.2016, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no4 de Madrid – Spanja) – María Elena Pérez López vs Servicio Madrileño de Salud (Comunidad de Madrid)

(Kawża C-16/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżoli 3 sa 5 - Kuntratti ta’ impjieg għal żmien determinat suċċessivi fil-qasam tas-saħħa pubblika - Miżuri intiżi li jipprevjenu l-użu abbużiv tar-relazzjonijiet ta’ impjieg għal żmien determinat suċċessivi - Sanzjonijiet - Klassifikazzjoni mill-ġdid tar-relazzjoni ta’ impjieg - Dritt għal allowance))

(2016/C 419/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo no 4 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: María Elena Pérez López

Konvenut: Servicio Madrileño de Salud (Comunidad de Madrid)

Dispożittiv

1)

Il-punt 1(a) tal-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [għal żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat], konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tiġi applikata mill-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat sabiex:

it-tiġdid ta’ kuntratti ta’ impjieg għal żmien determinat suċċessivi, fis-settur pubbliku tas-saħħa, jitqies bħala ġġustifikat minn “raġunijiet oġġettivi” fis-sens tal-imsemmija klawżola għar-raġuni li dawn il-kuntratti huma bbażati fuq dispożizzjonijiet legali li jippermettu t-tiġdid tagħom sabiex jiżguraw provvisti ta’ servizzi ddeterminati ta’ natura temporanja, okkażjonali jew straordinarja, filwaqt li fir-realtà, l-imsemmija bżonnijiet huma permanenti u fit-tul.

ma hemm l-ebda obbligu għall-awtorità relevanti sabiex jinħolqu pożizzjonijiet strutturali li jtemmu r-reklutaġġ tal-persunal suġġett għal regolamenti tal-persunal okkażjonali u li huwa permess lilu li jimla l-pożizzjonijiet strutturali maħluqa mir-reklutaġġ ta’ persunal “temporanju”, b’tali mod li s-sitwazzjoni inċerta tal-ħaddiema tkompli, filwaqt li l-Istat ikkonċernat ikollu defiċit strutturali ta’ pożizzjonijiet ta’ persunal permanenti f’dan il-qasam.

2)

Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [għal żmien determinat] li jinsab anness mad-Direttiva 1999/70, għandha tiġi intepretata fis-sens li ma tipprekudix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrikjedi li r-relazzjoni kuntrattwali tintemm fid-data prevista mill-kuntratt għal żmien determinat u li jkun hemm il-ħlas tal-bilanċ ta’ kwalunkwe ħlas dovut, bla ħsara għal ħatra ġdida eventwali, sakemm tali leġiżlazzjoni ma tkunx tali li tikkontesta l-għan jew l-effett utli ta’ dan il-ftehim qafas, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan.

3)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisidizzjoni sabiex tirrispondi għar-raba’ domanda magħmula mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no4 de Madrid (qorti amministrattiva Nru 4 ta’ Madrid, Spanja).


(1)  ĠU C 96, 23.3.2015


Top