EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0627

Kawża T-627/16: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2016 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

OJ C 392, 24.10.2016, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/47


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2016 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-627/16)

(2016/C 392/61)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentata minn: M. Smolek, J. Pavliš u J. Vláčil, li jaġixxu bħala aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) tal-20 ta’ Ġunju 2016 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Argikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (notifika bid-dokument C(2016) 3753) (id-“deċiżjoni kkontestata”) sa fejn din teskludi l-infiq imġarrab mir-Repubblika Ċeka fir-rigward tal-iskema ta’ pagament uniku (SPUE) f’ammont totali ta’ EUR 84 272,83 sa fejn din teskludi l-infiq imġarrab mir-Repubblika Ċeka fir-rigward ta’ investiment fis-settur tal-inbid f’ammont totali ta’ EUR 636 516,20 u sa fejn din teskludi l-infiq imġarrab mir-Repubblika Ċeka fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ kundizzjonalità f’ammont totali ta’ EUR 29 485 612,55;

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka fir-rigward tal-iskema ta’ pagament uniku (SPUE) motiv uniku, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni. Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-infiq mill-finanzjament tal-UE, għalkemm ma kien hemm l-ebda ksur tad-dritt tal-UE jew tad-dritt nazzjonali.

Fir-rigward tal-investiment fis-settur tal-inbid, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament Nru 1306/2013. Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-infiq mill-finanzjament tal-UE, għalkemm ma kien hemm l-ebda ksur tad-dritt tal-UE jew tad-dritt nazzjonali.

Fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ kundizzjonalità, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi:

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament Nru 1306/2013. Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-infiq mill-finanzjament tal-UE, għalkemm ma kien hemm l-ebda ksur tad-dritt tal-UE jew tad-dritt nazzjonali.

2.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti tinvoka t-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 1306/2013. Anki jekk l-ilmenti kkontestati fl-ewwel motiv kienu jikkostitwixxu ksur tad-dritt tal-UE (quod non), il-Kummissjoni evalwat b’mod żbaljat il-gravità ta’ dan il-ksur u d-dannu finanzjarju għall-UE.


Top