EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0479

Kawża T-479/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Settembru 2016 – Lotte vs EUIPO – Kuchenmeister (KOALA LAND) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea KOALA LAND — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KOALA — Ċaħda parzjali tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Użu ġenwin — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009]

OJ C 392, 24.10.2016, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Settembru 2016 – Lotte vs EUIPO – Kuchenmeister (KOALA LAND)

(Kawża T-479/15) (1)

([Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea KOALA LAND - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KOALA - Ċaħda parzjali tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Użu ġenwin - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009])

(2016/C 392/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lotte Co. Ltd (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: M. Knitter u S. Schicker, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kuchenmeister GmbH (Soest, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Blumenthal, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 815/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kuchenmeister u Lotte.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lotte Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


Top