EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0417

Kawża T-417/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2016 – Achemos Grupè u Achema vs Il-Kummissjoni

OJ C 371, 10.10.2016, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/14


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2016 – Achemos Grupè u Achema vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-417/16)

(2016/C 371/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Achemos Grupè UAB (Vilnius, il-Litwanja) u Achema AB (Jonava, il-Litwanja) (rappreżentanti: R. Martens u C. Maczkovics, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20. Novembru 2013 dwar għajnuna mill-Istat SA.36740 (2013/NN) – dwar għajnuna mil-Litwanja lil Klaipedos Nafta – “Terminal tal-GNL”, Brussell, C(2013) 7884 finali, ĠU C 161, 2016, p. 1; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tar-regoli proċedurali tal-Artikolu 108(2) TFUE u fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament 2015/158 (1) kif ukoll tal-prinċipju tal-amministrazzjoni tajba, minħabba l-fatt, li minkejja d-diffikultajiet serji fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-miżuri tal-Għajnuna mill-Istat inkwistjoni, il-Kummissjoni bbażat ruħha biss fuq l-eżami preliminari tagħha tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat, filwaqt li, fid-dawl ta’ dawn id-diffikultajiet serji, il-Kummissjoni kienet obbligata li tibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE u fl-Artikolu 6 tar-Regolament 2015/1589.

2.

It-tieni motiv jallega ksur tal-Artikolu 107(3)(c) TFEU, sa fejn il-Kummissjoni ma applikatx korrettement il-kriterji ta’ evalwazzjoni stabbiliti fil-premessa 135 tad-deċiżjoni kkontestata, peress li,

l-ewwel nett, f’dak li jirrigwarda n-natura xierqa u neċessarju tal-miżuri, il-Kummissjoni kellha l-obbligu li tevalwa dawk il-miżuri konkretament u teżamina jekk kienx hemm strumenti oħra mmirati aħjar;

it-tieni nett, il-Kummissjoni kellha l-obbligu li tikkonkludi l-assenza ta’ effett inċentiv peress li Klaipėdos Nafta hija legalment obbligata li tiżviluppa t-Terminal tal-GNL;

it-tielet parti, il-Kummissjoni kellha l-obbligu li tevalwa jekk id-daqs tat- Terminal tal-GNL issussidjat, kienx proporzjonat sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq u ma kienx joħloq kapaċitajiet eċċessivi.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE, tal-qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ) u tal-prinċipji ġenerali bħalma huma t-trattament ugwali u l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, kif ukoll tar-regoli tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi stabbiliti fid-Direttiva 2004/18 (2), kif ukoll tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/18,minħabba l-fatt li l-Kummissjoni applikat, b’mod żbaljat, il-Qafas SIEĠ, billi aċ? ettat mandat dirett ta’ Klaipėdos Nafta għal perijodu ta’ 55 sena b’profitt li jikkorrispondi għar-rata ta’ profitt intern tal-proġett, filwaqt li,

l-ewwel nett, it-tul tal-perijodu tal-mandat kellu jiġi ġgustifikat b’riferiment għal kriterji oġgettivi mingħajr ma jinqabeż il-perijodu ta’ deprezzament (finanzjrju) meħtieġ tal-assi l-iktar sinjifikattivi sabiex jiġi pprovdut is-SIEĠ;

It-tieni nett, l-indikazzjoni ta’ Klaipėdos Nafta ma setax jiġi eżentat mir-regoli tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi abbażi tal-protezzjoni ta’ interessi essenzjali (ta’ sigurtà) fis-sens tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/18 peress li, huma disponibbli f’dan il-każ, miżuri alternattivi ta’ natura inqas restrittiva minn mandat dirett;

it-tielet nett, minħabba l-livell ta’ riskju li għalih hija esposta Klaipėdos Nafta, il-profitt ta’ din tal-aħhar kellu jkun limitat għar-rata swap (jekk ikun il-każ evalwat mill-ġdid sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-maturità) b’żieda ta’ primjum ta’ 100 punt bażi.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(2)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132)


Top