EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FB0056

Kawża F-56/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 – Dominguez Perez vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Pensjonijiet — Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Drittijiet tal-pensjoni kewżiti qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni, abbażi ta’ skema nazzjonali tal-pensjonijiet — Transferiment lejn l-iskema tal-pensjonijiet tal-Unjoni — Proposta ta’ akkreditazzjoni ta’ snin ta’ servizz, aċċettata mill-persuna kkonċernata, ibbażata fuq dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni ġodda — Att li ma jikkawżawx preġudizzju — Ċertezza legali — Aspettattivi leġittimi — Ugwaljanza fit-trattament — Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura)

OJ C 326, 5.9.2016, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/34


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 – Dominguez Perez vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-56/14) (1)

((Servizz pubbliku - Pensjonijiet - Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Drittijiet tal-pensjoni kewżiti qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni, abbażi ta’ skema nazzjonali tal-pensjonijiet - Transferiment lejn l-iskema tal-pensjonijiet tal-Unjoni - Proposta ta’ akkreditazzjoni ta’ snin ta’ servizz, aċċettata mill-persuna kkonċernata, ibbażata fuq dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni ġodda - Att li ma jikkawżawx preġudizzju - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura))

(2016/C 326/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Dolores Dominguez Perez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement G. Gattinara, aġent, u finalment G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament ta’ żewġ proposti ta’ kalkolu marbuta mat-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni li japplikaw id-DĠE il-ġodda għall-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud parzjalment bħala manifestament inammissibbli u parzjalment bħala manifestament infondat.

2)

Dolores Dominguez Perez għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 253, 04.08.2014, p. 70.


Top