EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0353

Kawża C-353/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fit-22 ta’ Ġunju 2016 – MP vs Secretary of State for the Home Department

OJ C 326, 5.9.2016, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fit-22 ta’ Ġunju 2016 – MP vs Secretary of State for the Home Department

(Kawża C-353/16)

(2016/C 326/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MP

Konvenut: Secretary of State for the Home Department

Domanda preliminari

L-Artikolu 2(e), moqri flimkien mal-Artikolu 15(b), tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (1) ikopri riskju veru ta’ periklu serju għas-saħħa fiżika jew psikoloġika tal-applikant jekk jintbagħat lura lejn il-pajjiż tal-oriġini, li jirriżulta minn tortura jew trattament inuman jew degradanti preċedenti li għalih il-pajjiż tal-oriġini kien responsabbli?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija

ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96


Top