EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0491

Kawża T-491/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2016 – Volkswagen vs EUIPO (ConnectedWork) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ConnectedWork — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni”]

OJ C 314, 29.8.2016, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2016 – Volkswagen vs EUIPO (ConnectedWork)

(Kawża T-491/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ConnectedWork - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2016/C 314/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Sander, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u A. Schifko, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 160/2015-5), li tikkonċerna applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ConnectedWork bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Volkswagen AG hija kundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


Top