EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/270/02

Żvolġiment tal-attività tal-Qorti Ġenerali bejn l-1 u d-19 ta’ Settembru 2016

OJ C 270, 25.7.2016, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/2


Żvolġiment tal-attività tal-Qorti Ġenerali bejn l-1 u d-19 ta’ Settembru 2016

(2016/C 270/02)

Il-Qorti Ġenerali, fil-Konferenza Plenarja tagħha tal-15 ta’ Ġunju 2016, ħadet nota tal-fatt li t-teħid tal-ġurament tal-ħatra quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mill-Membri l-ġodda tal-Qorti Ġenerali ser iseħħ fid-19 ta’ Settembru 2016 u li, għaldaqstant, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, sakemm jieħdu l-kariga tagħhom il-Membri l-ġodda tal-Qorti Ġenerali:

il-Presidenza tal-Qorti Ġenerali ser tiġi żgurata mill-President M. Jaeger;

il-Viċi Presidenza tal-Qorti Ġenerali ser tiġi żgurata mill-Viċi President J. Kanninen;

il-Presidenzi tal-Awli b’ħames u bi tliet imħallfin ser jiġu żgurati mill-Viċi President J. Kanninen, u mill-Presidenti ta’ Awla M.E .Martins Ribeiro, S. Papasavvas, M. Prek, A. Dittrich, S. Frimodt Nielsen, M. van der Woude, D. Gratsias u G. Berardis;

id-deċiżjoni tal-assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli tat-23 ta’ Ottubru 2013 (ĠU 2013, C 344, p. 2), kif emendata l-aħħar bid-deċiżjoni tad-9 ta’ Ġunju 2016 (ĠU 2016, C 243, p. 2), id-deċiżjonijiet tat-13 ta’ Mejju 2015 dwar il-kompożizzjoni tal-Awla Manja u dwar il-metodu ta’ nomina tal-Imħallef li jissostitwixxi Mħallef suġġett għal impediment (ĠU 2015, C 213, p. 2) u d-deċiżjonijiet tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar il-kriterji ta’ assenzjazzjoni tal-kawżi lill-awli u dwar il-kompożizzjoni tal-Awla tal-Appell (ĠU 2013, C 313, p. 4 u 5) ser jibqgħu japplikaw.


Top