EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0222

Kawża C-222/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna (il-Bulgarija) fl-20 ta’ April 2016 – “MIP-TS” OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Varna

OJ C 243, 4.7.2016, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna (il-Bulgarija) fl-20 ta’ April 2016 – “MIP-TS” OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Varna

(Kawża C-222/16)

(2016/C 243/22)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“MIP-TS” OOD

Konvenut: Nachalnik na Mitnitsa Varna

Domanda preliminari

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011, tat-3 ta’ Awwissu 2011, ikopri l-importazzjoni ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li jkollhom daqs ta’ ċellola ta’ iktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li tiżen iktar minn 35 g/m2, esklużi d-diski tal-fibreglass, li bħalissa jinsabu fil-kodiċijiet tan-NM ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00 (il-kodiċijiet tat-TARIC 7019510010 u 7019590010) u li fl-10 ta’ April 2012 ġew irreġistrati għall-finijiet tal-proċedura doganali “rilaxx għal ċirkolazzjoni libera u għall-konsum” bl-indikazzjoni li kienu joriġinaw mit-Tajlandja, minn fejn kienu ntbagħtu, meta fil-fatt joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif ikkonstat fil-kuntest ta’ investigazzjoni magħmula u ta’ rapport redatt mill-OLAF skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill?


Top