EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0615(01)

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2016 li taħtar membru u membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għar-Rumanija

OJ C 214, 15.6.2016, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2019

15.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 214/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Ġunju 2016

li taħtar membru u membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għar-Rumanija

(2016/C 214/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-lista ta’ kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-24 ta’ Frar 2016 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mid-29 ta’ Frar 2016 sat-28 ta’ Frar 2019.

(2)

Il-gvern tar-Rumanija ppreżenta nomini oħra għal tliet karigi li għandhom jimtlew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin bħala membru u membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-28 ta’ Frar 2019:

RAPPREŻENTANTI TA’ MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membru

Membri supplenti

Rumanija

Is-Sinjura Daniela SÂRBU

Is-Sur Ovidiu NICOLESCU

Is-Sinjura Daniela TĂNASE

Artikolu 2

Il-Kunsill ser jaħtar f’data aktar tard il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G. A. VAN DER STEUR


(1)  ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2016 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU C 79, 1.3.2016, p. 1).


Top