EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0761

Kawża T-761/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta Frar 2016 – Consolidated Artists vs UASI – Body Cosmetics International (MANGO) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva MANGO — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 207/2009”]

OJ C 118, 4.4.2016, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta Frar 2016 – Consolidated Artists vs UASI – Body Cosmetics International (MANGO)

(Kawża T-761/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva MANGO - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 118/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Consolidated Artists BV (Amstelveen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: B. Corne, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Pétrequin u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Body Cosmetics International GmbH (Willich, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Müller-Mergenthaler, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI fit-8 ta’ Settembru 2014 (Każ R 2337/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Body Cosmetics International GmbH u Consolidated Artists BV.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Consolidated Artists BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 7, 12.1.2015.


Top