EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0022

Kawża C-22/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fil-15 ta’ Jannar 2016 – Fondul Proprietatea SA vs SC Hidroelectrica SA

OJ C 118, 4.4.2016, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fil-15 ta’ Jannar 2016 – Fondul Proprietatea SA vs SC Hidroelectrica SA

(Kawża C-22/16)

(2016/C 118/14)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fondul Proprietatea SA

Konvenuta: SC Hidroelectrica SA

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 107 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-parteċipazzjoni ta’ kumpannija Rumena b’kapital pubbliku fil-kapital ta’ kumpannija mħallta (Rumena-Torka) hija ekwivalenti għal għajnuna mill-Istat suġġetta għall-obbligu ta’ notifika previst fl-Artikolu 108(3) TFUE?

Din il-parteċipazzjoni tikkostitwixxi finanzjament pubbliku ta’ natura selettiva li jista’ jaffetwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni?

2)

Jista’ jiġi kkunsidrat li din il-parteċipazzjoni ta’ kumpannija b’kapital pubbliku li tipproduċi l-elettriku tikser il-prinċipju ta’ separazzjoni tas-sistemi ta’ trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, stabbilit bl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/72/KE dwar ir-regoli adottati għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (1)?


(1)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, p. 55).


Top