EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0486

Kawża T-486/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Orange Polska vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Suq Pollakk tat-telekomunikazzjonijiet — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 102 TFUE — Kundizzjonijiet imposti mill-operatur storiku sabiex jiġi awtorizzat l-aċċess remunerat ta’ operaturi ġodda fin-netwerk u għas-servizzi ta’ broadband għall-operaturi — Interess leġittimu sabiex jiġi kkonstatat ksur — Multi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Proporzjonalità — Ġurisdizzjoni sħiħa — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi tal-2006”)

OJ C 59, 15.2.2016, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Orange Polska vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-486/11) (1)

((“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq Pollakk tat-telekomunikazzjonijiet - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 102 TFUE - Kundizzjonijiet imposti mill-operatur storiku sabiex jiġi awtorizzat l-aċċess remunerat ta’ operaturi ġodda fin-netwerk u għas-servizzi ta’ broadband għall-operaturi - Interess leġittimu sabiex jiġi kkonstatat ksur - Multi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Proporzjonalità - Ġurisdizzjoni sħiħa - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi tal-2006”))

(2016/C 059/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Orange Polska S.A. li kienet Telekomunikacja Polska S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: inizjalment M. Modzelewska de Raad, P. Paśnik, S. Hautbourg, avukati, A. Howard, barrister, u C. Vajda, QC, sussegwentement M. Modzelewska de Raad, P. Paśnik, S. Hautbourg, A. Howard u D. Beard, QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Gencarelli, K. Mojzesowicz u G. Koleva, sussegwentement K. Mojzesowicz, G. Koleva u M. Malferrari u finalment G. Koleva, M. Malferrari, É. Gippini Fournier u J. Szczodrowski, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: P. Rosiak u K. Karasiewicz, avukati)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: European Competitive Telecommunications Association (rappreżentanti: inizjalment P. Alexiadis u J. MacKenzie, sussegwentement J. MacKenzie, solicitors)

Suġġett

Minn naħa, talba għal annullament integrali jew parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 4378 finali, tat-22 ta’ Ġunju 2011, dwar proċedura ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE (Każ COMP/39.525 – Telekomunikazzjonijiet Pollakki), u, min-naħa l-oħra, talba maħsuba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta mill-Kummissjoni fl-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Orange Polska S.A. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji u l-European Competitive Telecommunications Association għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom.


(1)  ĠU C 340, 19.11.2011.


Top