EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0503
Case C-503/15: Request for a preliminary ruling from the Secretario Judicial of the Juzgado de Violencia sobre la Mujer de Terrassa (Spain) lodged on 23 September 2015 — Ramón Margarit Panicello v Pilar Hernández Martínez
Kawża C-503/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Secretario Judicial del Juzgado de Violencia sobre la Mujer de Terrassa (Spanja) fit-23 ta’ Settembru 2015 – Ramón Margarit Panicello vs Pilar Hernández Martínez
Kawża C-503/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Secretario Judicial del Juzgado de Violencia sobre la Mujer de Terrassa (Spanja) fit-23 ta’ Settembru 2015 – Ramón Margarit Panicello vs Pilar Hernández Martínez
OJ C 414, 14.12.2015, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Secretario Judicial del Juzgado de Violencia sobre la Mujer de Terrassa (Spanja) fit-23 ta’ Settembru 2015 – Ramón Margarit Panicello vs Pilar Hernández Martínez
(Kawża C-503/15)
(2015/C 414/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Secretario Judicial del Juzgado de Violencia sobre la Mujer de Terrassa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ramón Margarit Panicello
Konvenuta: Pilar Hernández Martínez
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 34, 35, 207(2) u 207(4) (Liġi 1/2000), li jirregolaw il-proċedura amministrattiva għall-irkupru ta’ onorarji mhux imħallsa (Jura de Cuentas) huma inkompatibbli mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1), sa fejn jipprekludu l-possibbiltà ta’ stħarriġ ġudizzjarju? Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv: Fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikoli 34 u 35 (Liġi 1/2000) is-Secretario Judicial huwa “qorti jew tribunal”, fis-sens tal-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea? |
2) |
L-Artikoli 34 u 35 (Liġi 1/2000) huma inkompatibbli mal-Artikoli 6(1) u 7(2) tad-Direttiva 93/13/KEE (2) u mal-Artikoli 6(1)(d), 11 u 12 tad-Direttiva 2005/29/KE (3), sa fejn jipprekludu l-verifika ex officio tal-eventwali klawżoli inġusti jew prattiċi kummerċjali żleali inklużi f’kuntratti bejn avukati u persuni fiżiċi li jaġixxu b’għan barra mill-isfera tal-attività professjonali tagħhom? |
3) |
L-Artikoli 34 u 35 (Liġi 1/2000) huma inkompatibbli mal-Artikoli 6(1) u 7(2) u mal-punt 1(q) tal-Anness għad-Direttiva 93/13/KEE, sa fejn jipprekludu l-produzzjoni tal-prova fil-proċedura amministrattiva għall-irkupru ta’ onorarji mhux imħallsa bil-għan tar-riżoluzzjoni tat-tilwima? |
(2) Direttiva tal-kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288)
(3) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, p. 22)