EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0552

Kawża C-552/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado Contencioso-Administrativo n°6 de Bilbao – Spanja) – Grupo Hospitalario Quirón SA vs Departamento de Sanidad del Gobierno Vasco, Instituto de Religiosas Siervas de Jesús de la Caridad (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Direttiva 2004/18/KE — Artikolu 23(2) — Ġestjoni ta’ servizzi pubbliċi tas-saħħa — Provvista ta’ servizzi tas-saħħa hija koperta mill-isptarijiet pubbliċi, fi ħdan l-istabbilimenti privati — Rekwiżit li s-servizzi jiġu pprovduti fil-muniċipalità speċifika)

OJ C 414, 14.12.2015, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado Contencioso-Administrativo no6 de Bilbao – Spanja) – Grupo Hospitalario Quirón SA vs Departamento de Sanidad del Gobierno Vasco, Instituto de Religiosas Siervas de Jesús de la Caridad

(Kawża C-552/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 23(2) - Ġestjoni ta’ servizzi pubbliċi tas-saħħa - Provvista ta’ servizzi tas-saħħa hija koperta mill-isptarijiet pubbliċi, fi ħdan l-istabbilimenti privati - Rekwiżit li s-servizzi jiġu pprovduti fil-muniċipalità speċifika))

(2015/C 414/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo no6 de Bilbao

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grupo Hospitalario Quirón SA

Konvenuti: Departamento de Sanidad del Gobierno Vasco, Instituto de Religiosas Siervas de Jesús de la Caridad

Dispożittiv

L-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2004/18/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], jipprekludi rekwiżit, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ifformulat bħala speċifikazzjoni teknika fl-avviż tal-kuntratti pubbliċi li jirrigwardaw il-provvista ta’ servizzi tas-saħħa, li skontu l-provvisti mediċi li huma s-suġġett tas-sejħiet għal offerti għandhom jiġu pprovduti minn stabbilimenti tal-isptarjiet privati li jinsabu biss f’muniċipalità speċifika, li tista’ ma tkunx dik tad-domiċilju tal-pazjenti kkonċernati minn dawn is-servizzi, peress li dan ir-rekwiżit jinkludi esklużjoni awtomatika tal-offerenti li ma jistgħux jipprovdu dawn is-servizzi f’tali stabbiliment li jinsab f’din il-muniċipalità, iżda li jissodisfaw il-kundizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dawn is-sejħiet għal offerti.


(1)  ĠU C 24, 25.1.2014.


Top