EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0391
Case C-391/15: Request for a preliminary ruling from the Tribunal Superior de Justicia de Andalucía (Spain) lodged on 20 July 2015 — Marina del Mediterráneo, S.L. and Others v Consejería de Obras Públicas y Vivienda de la Junta de Andalucía
Kawża C-391/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Andalucía (Spanja) fl-20 ta’ Lulju 2015 – Marina del Mediterráneo S.L. et vs Consejería de Obras Públicas u Vivienda de la Junta de Andalucía
Kawża C-391/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Andalucía (Spanja) fl-20 ta’ Lulju 2015 – Marina del Mediterráneo S.L. et vs Consejería de Obras Públicas u Vivienda de la Junta de Andalucía
OJ C 346, 19.10.2015, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 346/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Andalucía (Spanja) fl-20 ta’ Lulju 2015 – Marina del Mediterráneo S.L. et vs Consejería de Obras Públicas u Vivienda de la Junta de Andalucía
(Kawża C-391/15)
(2015/C 346/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Andalucía
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Marina del Mediterráneo S.L., Marina del Mediterráneo Duquesa S.L., Marina del Mediterráneo Estepona S.L., Marina del Mediterráneo Este S.L., Marinas del Mediterráneo Torre S.L., Marina del Mediterráneo Marbella S.L., Gómez Palma S.C., Enrique Alemán S.A., Cyes Infraestructuras S.A., Cysur Obras y Medioambiente S.A..
Konvenuti: Consejería de Obras Públicas y Vivienda de la Junta de Andalucía.
Partijiet oħra: Agencia Pública de Puertos de Andalucía, UTE Nassir Bin Abdullah and Sons, S.L., Puerto Deportivo de Marbella, S.A. u Ayuntamiento de Marbella
Domandi preliminari
1) |
Fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effettività tad-direttivi, l-Artikoli 1(1) u 2(1)(a) u (b) tad-Direttiva 89/665 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali bħal dik prevista fl-Artikolu 310(2) tal-Ley 30/2007, tat-30 ta’ Ottubru, de Contratos del Sector Público (li issa sar l-Artikolu 40(2) tar-Real Decreto Legislativo 3/2011, que aprueba el texto refundido de la Ley de Contratos del Sector Público), sa fejn din id-dispożizzjoni tipprekludi li l-atti preparatorji tas-setgħa kontraenti, bħad-deċiżjoni li tiġi aċċettata offerta ta’ offerent, li fir-rigward tiegħu qed jiġi allegat li ma josservax id-dispożizzjonijiet dwar il-ġustifikazzjoni tas-solvenza teknika u ekonomika previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, ikunu s-suġġett ta’ reviżjoni speċjali fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikoli 1(1) u 2(1)(a) u (b) tad-Direttiva 89/665 għandhom effett dirett? |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet].