EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0363

Kawża T-363/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2015 – Työhönvalmennus Valma vs UASI (forma ta’ kaxxa)

OJ C 337, 12.10.2015, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/16


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2015 – Työhönvalmennus Valma vs UASI (forma ta’ kaxxa)

(Kawża T-363/15)

(2015/C 337/18)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Työhönvalmennus Valma Oy (Lahti, il-Finlandja) (rappreżentanti: S. Salonen u P. Parviainen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja tridimensjonali (Forma ta’ kaxxa) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12137337

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Mejju 2015, fil-Każ R 1690/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tikkonferma d-deċiżjoni tal-eżaminatur li tgħid li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ma għandhiex karattru distintiv f’dak li jikkonċerna l-prodotti inkwistjoni;

tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark, jew, b’mod sussidjarju, tirrinvija t-talba għal reġistrazzjoni lill-UASI sabiex dan jiddeċiedi mill-ġdid u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(3), moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top