EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0458

Kawża T-458/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Automobile Club di Brescia vs UASI – Rebel Media (e-miglia)

OJ C 328, 5.10.2015, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/31


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Automobile Club di Brescia vs UASI – Rebel Media (e-miglia)

(Kawża T-458/15)

(2015/C 328/28)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Automobile Club di Brescia (Brescia, l-Italja) (rappreżentanti: F. Celluprica u F. Fischetti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rebel Media Ltd (Wilmslow, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “e-miglia” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 782 673

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Ġunju 2015, fil-Każ R 1990/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tikkonċerna l-punti 3 u 4;

tikkonferma b’mod sħiħ, minbarra dwar l-ispejjeż, id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI tat-30 ta’ Mejju 2014 dwar l-oppożizzjoni Nru B 1 900 540;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inkluż fir-rigward tal-proċedimenti preċedenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top