EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0455

Kawża T-455/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Vitra Collections vs UASI – Consorzio Origini (Forma ta’ siġġu)

OJ C 320, 28.9.2015, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/48


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Vitra Collections vs UASI – Consorzio Origini (Forma ta’ siġġu)

(Kawża T-455/15)

(2015/C 320/66)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vitra Collections AG (Muttenz, l-Isvizzera) (rappreżentant: V. Von Bomhard, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Consorzio Origini (Firenze, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark inkwistjoni: ir-rikorrenti

Trade mark inkwistjoni: it-trade mark Komunitarja tridimensjonali (Forma ta’ siġġu) – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 182 451

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 664/2011-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u lill-intervejnent għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top