EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TB0617
Case T-617/14: Order of the General Court of 14 July 2015 — Pro Asyl v EASO (Access to documents — Regulation (EC) No 1049/2001 — Operational Plan for the deployment of an asylum support team in the territory of Bulgaria — Refusal of access — No need to adjudicate — Action for annulment — Electronic document register — Partial manifest inadmissibility)
Kawża T-617/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2015 – Pro Asyl vs EASO (“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Pjan ta’ Operazzjoni sabiex jintbagħat tim ta’ appoġġ ‘ażil’ fit-territorju tal-Bulgarija — Rifjut ta’ aċċess — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Rikors għal annullament — Reġistru elettroniku ta’ dokumenti — Inammissibbiltà parzjali manifesta”)
Kawża T-617/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2015 – Pro Asyl vs EASO (“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Pjan ta’ Operazzjoni sabiex jintbagħat tim ta’ appoġġ ‘ażil’ fit-territorju tal-Bulgarija — Rifjut ta’ aċċess — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Rikors għal annullament — Reġistru elettroniku ta’ dokumenti — Inammissibbiltà parzjali manifesta”)
OJ C 320, 28.9.2015, p. 27–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/27 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2015 – Pro Asyl vs EASO
(Kawża T-617/14) (1)
((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Pjan ta’ Operazzjoni sabiex jintbagħat tim ta’ appoġġ ‘ażil’ fit-territorju tal-Bulgarija - Rifjut ta’ aċċess - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għal annullament - Reġistru elettroniku ta’ dokumenti - Inammissibbiltà parzjali manifesta”))
(2015/C 320/43)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Pro Asyl Bundesweite Arbeitsgemeinschaft für Flüchtlinge eV (Frankfurt-am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Hilbrans, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) (rappreżentanti: L. Cerdán Ortiz-Quintana, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba għal annullament tal-ittra – EASO/ED/2014/134 tal-EASO, tal-10 ta’ Ġunju 2014.
Dispożittiv
1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors sa fejn jitlob l-annullament tal-EASO/ED/2014/134 tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), tal-10 ta’ Ġunju 2014, li tirrifjuta l-aċċess għall-Pjan ta’ Operazzjoni sabiex jintbagħat tim ta’ appoġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Bulgarija. |
2) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli għall-kumplament. |
3) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |