EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0096

Kawża F-96/15: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

OJ C 294, 7.9.2015, p. 84–85 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/84


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-96/15)

(2015/C 294/103)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tal-proposta ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, li tapplika għad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, u t-talba li l-konvenuta tiġi kkundannata għall-ħlas ta’ ewro proviżjonali li għandu jiġi kkalkulat fuq il-preġudizzju allegatament subit mir-rikorrent.

Talbiet

jiddikjara bħala illegali l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-15.7.2011 tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

jannulla d-deċiżjoni tat-3 ta’ Ottubru 2014 li jittejjbu d-drittiijet tal-pensjoni akkwistati mir-rikorrenti qabel id-dħul fis-servizz tiegħu, fil-kuntest tat-trasferiment ta’ dawn tal-aħħar fl-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-15.7.2011;

sussidjarjament, jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas ta’ ewro proviżjonali li għandu jiġi kkalkulat fuq il-preġudizzju allegatament subit mir-rikorrent;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


Top