EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0292

Kawża T-292/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2015 – Vakakis vs Il-Kummissjoni

OJ C 294, 7.9.2015, p. 73–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/73


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2015 – Vakakis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-292/15)

(2015/C 294/88)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vakakis International – Symvouloi gia Agrotiki Anaptixi AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: B. O’Connor, Solicitor, S. Gubel u E. Bertolotto, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tikkundanna lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 340 TFUE tħallas kumpens lir-rikorrenti għad-danni kollha mġarrba minħabba l-aġir illegali tagħha matul il-proċedura kkonċernata għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, inklużi:

l-ispejjeż marbuta mal-parteċipazzjoni fil-proċedura sħiħa għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku;

l-ispejjeż marbuta mal-kontestazzjoni tal-legalità tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku;

it-telf ta’ profitti; la perte de bénéfices;

it-telf ta’ opportunitajiet.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ aspettattivi leġittimi kkodifikati mir-Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Finanzjarju”) u mill-Gwida prattika tal-proċeduri kuntrattwali fil-kuntest tal-azzjonijiet esterni tal-UE (iktar ’il quddiem il-“PRAG”) billi naqqset milli tikkontrolla b’mod xieraq il-proċedura ta’ sejħa għal offerti u twettaq investigazzjoni mingħajr dewmien u tipprovdi informazzjoni kompleta dwar l-investigazzjoni tal-ilment imressaq minn Vakakis.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq id-dannu mġarrab mir-rikorrenti minħabba l-amministrazzjoni ħażina tal-Kummissjoni u d-deċiżjoni tagħha li tagħti l-kuntratt lil Agriconsulting.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq id-dannu mġarrab mir-rikorrenti minħabba l-amministrazzjoni ħażina tal-Kummissjoni u l-ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi kif ukoll l-ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament Finanzjarju u tal-punt 2.3.6. tal-PRAG.


Top