EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0183(01)

Kawża T-183/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2015 – Schmiedag vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u favur impriżi li jagħmlu użu intensiv tal-enerġija — Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Adozzjoni tad-deċiżjoni finali sussegwentement għall-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Rikors għal annullament — Talba għall-adattament tat-talbiet — Assenza ta’ element ġdid — Inammissibbiltà”)

OJ C 294, 7.9.2015, p. 57–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/57


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2015 – Schmiedag vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-183/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u favur impriżi li jagħmlu użu intensiv tal-enerġija - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali sussegwentement għall-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għal annullament - Talba għall-adattament tat-talbiet - Assenza ta’ element ġdid - Inammissibbiltà”))

(2015/C 294/68)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schmiedag GmbH (Hagen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (rappreżentanti: inizjalment X. Lewis, M. Schneider u C. Howdle, sussegwentement X. Lewis, M. Schneider, M. Moustakali u C. Perrin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 4424 final, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward tal-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u favur l-utenti l-kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA. 33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors ineżami.

2)

It-talba intiża għall-adattament tat-talbiet tar-rikors ineżami sabiex ikopru d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 8786 final, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA. 33995 (2013/C) (ex 2013/NN) implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u favur l-utenti l-kbar tal-enerġija, hija miċħuda bħala inammissibbli.

3)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa minn Flachglas Torgau GmbH u Saint-Gobain Isover G+H AG, minn Kronotex GmbH & Co. KG u Kronoply GmbH, minn Bayer MaterialScience AG, minn Sabic Polyolefine GmbH, minn Ineos Manufacturing Deutschland GmbH, Ineos Phenol GmbH u Ineos Vinyls Deutschland GmbH, kif ukoll minn Advansa GmbH, Akzo Nobel Industrial Chemicals GmbH, Aurubis AG, CBW Chemie GmbH, CFB Chemische Fabrik Brunsbüttel GmbH & Co. KG, Clariant Produkte (Deutschland) GmbH, Dralon GmbH, Hahl Filaments GmbH, Messer Produktionsgesellschaft mbH Siegen, Messer Produktionsgesellschaft mbH Salzgitter, Nabaltec AG, Siltronic AG u Wacker Chemie AG.

4)

Schmiedag GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

5)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 142, 12.5.2014.


Top