EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0303

Kawża T-303/15: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2015 – Barqawi vs Il-Kunsill

OJ C 245, 27.7.2015, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/45


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2015 – Barqawi vs Il-Kunsill

(Kawża T-303/15)

(2015/C 245/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ahmad Barqawi (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: J.-P. Buyle u L. Cloquet, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375, tas-6 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent;

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/383, tas-6 ta’ Marzu 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha tal-kawża, inklużi dawk tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq sa fejn ir-rikorrent qatt ma nstema’ qabel ma ttieħdu s-sanzjonijiet ikkonċernati.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti sa fejn il-Kunsill ma pproduċiex il-prova tal-fatti deskritti, li fuqhom hija bbażata l-motivazzjoni tal-miżuri meħuda.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur sproporzjonat tad-dritt għall-proprjetà u għall-eżerċizzju ta’ attività professjonali.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq użu ħażin ta’ poter. Ir-rikorrent isostni li, sa fejn il-miżuri adottati mill-Kunsill ma għandhom ebda effett fuq ir-reġim Sirjan u sa fejn ir-rikorrent dejjem osserva s-sanzjonijiet ordnati mill-komunità internazzjonali u żamm f’kull mument l-indipendenza tiegħu fil-konfront tal-awtorità attwali, għandu jitqies li l-miżuri kkontestati ttieħdu għal raġunijiet differenti minn dawk indikati fihom (esklużjoni mis-suq – favorizzazzjoni ta’ operaturi oħra).

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni sa fejn il-motivazzjoni mogħtija mill-Kunsill insostenn tal-miżuri kkontestati hija allużiva u ma tagħmel riferiment għal ebda element konkret jew għal data li jippermettu lir-rikorrent jidentifika t-tranżazzjonijiet kummerċjali li bihom qiegħed jiġi akkużat.


Top