EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0296

Kawża T-296/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2015 – Health Food Manufacturers’ Association et vs Il-Kummissjoni [“Protezzjoni tal-konsumaturi — Regolament (UE) Nru 432/2012 — Indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel — Rikors għal annullament — Att leġiżlattiv li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni — Interess dirett — Ammissibbiltà — Ksur tal-Artikoli 13 u 28 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Nondiskriminazzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni żbaljati — Regolament Nru 1924/2006 — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Dritt ta’ smigħ — Ċertezza legali — Perijodu tranżitorju irraġonevoli — Listi ta’ indikazzjonijiet sospiżi”]

OJ C 245, 27.7.2015, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2015 – Health Food Manufacturers’ Association et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-296/12) (1)

([“Protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament (UE) Nru 432/2012 - Indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel - Rikors għal annullament - Att leġiżlattiv li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni - Interess dirett - Ammissibbiltà - Ksur tal-Artikoli 13 u 28 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Nondiskriminazzjoni - Kriterji ta’ evalwazzjoni żbaljati - Regolament Nru 1924/2006 - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Dritt ta’ smigħ - Ċertezza legali - Perijodu tranżitorju irraġonevoli - Listi ta’ indikazzjonijiet sospiżi”])

(2015/C 245/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Health Food Manufacturers’ Association (East Molesey, ir-Renju Unit); Quest Vitamins Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit); Natures Aid Ltd (Kirkham, ir-Renju Unit); Natuur-& gezondheidsProducten Nederland (Ermelo, in-Netherlands); New Care Supplements BV (Oisterwijk, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: B. Kelly u G. Castle, solicitors, u P. Bogaert, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u S. Grünheid, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: FederSalus (Rome, l-Italja); Medestea biotech SpA (Turin, l-Italja); u Naturando Srl (Osio Sotto, l-Italja) (rappreżentanti: E.Valenti u D. Letizia, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn D. Colas u S. Menez, sussegwentement minn D. Colas u S. Ghiandoni, aġenti); il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Rodrigues u L. Visaggio, aġenti); il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Šulce u M. Moore, aġenti); u Bureau européen des unions de consommateurs (BEUC) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S.Pappas, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012, tas-16 ta’ Mejju 2012, li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 136, p. 1), kif ukoll tal-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta lista ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa msejħa “sospiżi”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

The Health Food Manufacturers’ Association, Quest Vitamins Ltd, Natures Aid Ltd, Natuur-& gezondheidsProducten Nederland u New Care Supplements B V huma kkundannati jħallsu l-ispejjeż tagħhom u dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Franċiża, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Bureau européen des unions de consommateurs (BEUC), FederSalus, Medestea biotech SpA u Naturando Srl għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 250, 18.08.2012.


Top