EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0217

Kawża C-217/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere (l-Italja) fil-11 ta’ Mejju 2015 – proċeduri kriminali kontra Massimo Orsi

OJ C 245, 27.7.2015, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere (l-Italja) fil-11 ta’ Mejju 2015 – proċeduri kriminali kontra Massimo Orsi

(Kawża C-217/15)

(2015/C 245/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Santa Maria Capua Vetere

Parti fil-kawża prinċipali

Massimo Orsi

Domanda preliminari

Fis-sens tal-Artikoli 4 [tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali] u 50 [tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea], hija konformi mad-dritt Komunitarju d-dispożizzjoni tal-Artikolu 10b D. Lgs 74/00 sa fejn tippermetti li ssir evalwazzjoni tar-responsabbiltà kriminali ta’ persuna li, għall-istess fatt (ommissjoni tal-ħlas tal-VAT), kienet diġà suġġetta għal aċċertament definittiv min-naħa tal-Amministrazzjoni finanzjarja tal-Istat, bl-impożizzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva fl-ammont ta’ 30 % tat-taxxa mhux imħallsa?


Top