EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0179

Kawża C-179/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fil-21 ta’ April 2015 – Daimler AG vs Együd Garage Gépjárműjavító és Értékesítő Kft.

OJ C 228, 13.7.2015, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fil-21 ta’ April 2015 – Daimler AG vs Együd Garage Gépjárműjavító és Értékesítő Kft.

(Kawża C-179/15)

(2015/C 228/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Daimler AG

Konvenuta: Együd Garage Gépjárműjavító és Értékesítő Kft.

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(1)(b) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju tat-trade mark jista’ jipprojbixxi lil terz, imsemmi f’reklam fuq l-internet, milli juża, għal servizzi ta’ dan it-terz identiċi għal servizzi jew għal prodotti li għalihom hija reġistrata t-trade mark, sinjal li jista’ jagħti lok għal probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark u li f’din il-pubbliċità jidher b’tali mod li jista’ joħolqu f’moħħ il-pubbliku l-impressjoni żbaljata li hemm relazzjoni kummerċjali formali bejn l-impriża ta’ dan it-terz u l-proprjetarju tat-trade mark, anki jekk ir-reklam ma tqiegħedx fuq l-internet mill-persuna msemmija fih jew f’isimha jew li dan ir-reklam jinsab fuq l-internet minkejja li l-persuna msemmija fih għamlet, mingħajr suċċess, dak kollu li jista’ jiġi mistenni minnha sabiex dan ir-reklam ma jibqax jidher fuq l-internet?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92


Top