EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0043

Kawża F-43/15: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

OJ C 178, 1.6.2015, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/29


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-43/15)

(2015/C 178/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrikonoxxi biss rata ta’ invalidità permanenti parzjali ta’ 2 %, b’riżultat tal-inċident fuq ix-xogħol li kien vittma tiegħu ir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top