EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0033

Kawża F-33/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2015 – ZZ vs KESE

OJ C 178, 1.6.2015, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/25


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2015 – ZZ vs KESE

(Kawża F-33/15)

(2015/C 178/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, N. de Montigny u D. Verbeke, avukati)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tadottax miżuri għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-26 ta’ Frar 2013, mogħtija fil-Kawża F-124/10, Labiri vs KESE, u talba għal kumpens għad-danni morali allegatament subiti.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni impliċità tal-20 ta’ Frar 2015 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti indirizzat kontra l-astensjoni żbaljata tal-Awtorità tal-Ħatra milli tadotta l-miżuri għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tas-26 ta’ Frar 2013 fil-Kawża F-124/10;

tikkundanna lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) iħallas lir-rikorrenti, bħala danni morali, is-somma ta’ EUR 50 kulljum b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2007 sa meta jiġu implementati l-miżuri ta’ assistenza deskritti fl-ittra tas-27 ta’ Mejju 2010 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni u s-somma ta’ EUR 100 kulljum b’effett mis-26 ta’ Frar 2013 sad-data tal-adozzjoni tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal;

jikkundanna lill-KESE jħallas lir-rikorrenti l-interessi moratorji fuq dawn is-sommom b’effett mill-20 ta’ Ottubbru 2014 sa meta dawn effettivament jittħalsu, bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament miżjuda b’żewġ punti;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top