EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0008

Kawża C-8/15 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2015 minn Ledra Advertising Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-10 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-289/13, Ledra Advertising Ltd vs Il-Kummissjoni u Il-Bank Ċentrali Ewropew

OJ C 171, 26.5.2015, p. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/7


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2015 minn Ledra Advertising Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-10 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-289/13, Ledra Advertising Ltd vs Il-Kummissjoni u Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża C-8/15 P)

(2015/C 171/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ledra Advertising Ltd (rappreżentanti: C. Paschalides, Solicitor, A. Paschalides, dikigoros, u A. Riza, QC)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni u Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet tal-appellanti

tilqa’ l-appell u tiċħad ir-rikorsi tal-konvenuti u tordnalhom ibatu l-ispejjeż, kemm dawk quddiem din il-qorti kif ukoll dawk quddiem il-Qorti Ġenerali u sabiex il-kawża tipproċedi għas-smigħ fuq il-kwistjonijiet sostantivi.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni Ewropea fl-evalwazzjoni tagħha ta’ numru ta’asserzjonijiet fis-sentenza tagħha kif ġej:

(a)

Li “d-dmirijiet konferiti fuq il-Kummissjoni ... fit-Trattat tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilità (MES) ma jinvolvu l-ebda setgħa li jieħdu deċiżjonijiet waħedhom u ... li l-attivitajiet ta’ dawn iż-żewġ istituzzjonijiet fi ħdan it-Trattat tal-MES, jikkommettu biss lill-MES” (1), ġiet invokata mill-Qorti Ġenerali mingħajr ma għamlet l-ebda evalwazzjoni tal-impatt tal-asserzjoni legali li hija aċċettat, filwaqt li argumentat, fil-punt 48, li l-Kummissjoni “ma ċedietx il-kontroll effettiv tar-rwol deċiżjonali predominanti tagħha taħt l-Artikolu 136(3) [TFUE] skont is-setgħat tagħha taħt l-Artikolu 17 [TUE] sabiex taġixxi bħala l-istituzzjoni tal-UE responsabbli sabiex tiżgura li l-atti konklużi taħt it-Trattat tal-MES ikunu konformi mad-dritt tal-UE”

(b)

Huwa sottomess li l-kawża Pringle  (2) li bbażat ruħha fuqha l-Qorti Ġenerali (3), qatatha li billi l-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) biss jimpenjaw lill-MES (4), madankollu inter alia  (5) fil-punt 164 ta’ dik is-setnenza l-Qorti Ġenerali osservat li “l-kompiti allokati lill-Kummissjoni bit-Trattat tal-MES jippermettulha, kif ipprovdut fl-Artikoli 13(3) u 13(4) ta’ dan it-trattat, li tiżgura li l-Memorandum ta’ Ftehim konkluż mill-MES huwa konformi mad-dritt tal-UE” u fil-punt 174 li “taħt l-Artikolu 13(3) tat-Trattat tal-MES il-Memorandum ta’ Ftehim li għandu jiġi nnegozjat mal-Istat Membru li jkun qed jitlob appoġġ għall-istabbilità għandu jkun konformi b’mod sħiħ mad-dritt tal-UE.”

(c)

“Talba għal kumpens li hija diretta kontra l-UE u hija bbażata fuq is-sempliċi illegalità ta’ att jew tip ta’ kondotta li ma ġietx adottata minn istituzzjoni tal-UE jew mill-impjegati tagħha għandha tiġi miċħuda bħala inammissibbli’ (6) ġiet applikata mingħajr evalwazzjoni tas-sottomissjoni fir-risposta tal-appellant li kienet li ... il-BĊE [imissu kien] qiegħed jaġixxi bħala [istituzzjoni tal-UE] peress li l-MES ma setgħetx legalment teżerċita kontroll effettiv tas-setgħa ta’ infurzar taħt id-dritt tal-UE biex jippermetti u/jew jagħmel u/jew jaġixxi mingħajr-domanda. L-imsemmi poter ta’ infurzar huwa vestit esklużivament fil-BĊE ... u l-kontroll effettiv tiegħu ma jistax jiġi ċedut skont id-dritt tal-UE.

(d)

“[Il-] kondotta li allegatament ikkawżat id-dannu li qed jiġi mitlub hija n-nuqqas tal-Kummissjoni li taġixxi meta ffirmat l-Memorandum ta’ Ftehim. Madankollu, il-Memorandum ta’ Ftehim ġie ffirmat wara t-tnaqqis fil-valur tad-depożitu tar-rikorrent... Dak it-tnaqqis fil-fatt seħħ mad-dħul fis-seħħ tal- [miżuri tad-29 ta’ Marzu 2013]. Ghaldaqstant ir-rikorrent ma jistax jitqies li stabbilixxa biċ-ċertezza meħtieġa li d-dannu li qed jallega li sofra kien effettivament ikkawżat minn-nuqqas ta’ azzjoni allegat kontra l-Kummissjoni” (7). Din l-asserzjoni tinjora l-mod kif ir-rikorrent ippreżenta l-każ imsemmi fil-punt 41 tas-sentenza viz. “li huwa fir-rigward tal-kundizzjonijiet marbuta ma’ [FAF] mogħtija lil [Repubblika ta’ Ċipru] fis-26 ta’ April 2013u l-proċess li bih kienu meħtieġa mill-Kummissjoni u l-BĊE li kkawża d-dannu lir-rikorrent qed jitlob kumpens għalih taħt l-Artikoli 268 u 340 [TFUE].” Il-proċess ta’ kif kienu meħtieġa tinkludi n-nuqqas tal-Kummissjoni li tiżgura li l-kundizzjonalità kienet konformi mad-dritt tal-UE u l-mingħajr-domanda magħmula mill-BĊE biex tnaqqas il-provvista tal-euro lil Ċipru, li kienu kontinwazzjoni ta’ atti/nuqqasijiet li taġixxi li bdew fil-15 ta’ Marzu 2013 u li waqfu bil-konformità mal-kundizzjonalità fid-29 ta’ Marzu 2013.

(e)

Il-kontenut tal-Memorandum ta’ Ftehim ġie kkontestat fuq il-bażi li rrefera għal eżerċizzju ta’ konformità li sar qabel bil-kundizzjonalità li ex hypothesi qamet qabel it-tnaqqis fil-valur tad-depożitu tar-rikorrent, li l-Qorti Ġenerali naqset li tevalwa bħala parti integrali ta’ kors ta’ kondotta.

(f)

“Fil-każijiet fejn il-kondotta li allegatament tagħti lok għad-dannu invokat tikkonsisti f’nuqqas milli tittieħed azzjoni, huwa meħtieġ b’mod partikolari li wieħed ikun ċert li d-dannu kien effettivament ikkawżat minn-nuqqas ta’ azzjoni lmentat u ma setax ġie kkawżat minn kondotta separata minn dik allegata kontra l-istituzzjoni konvenuta”: Portela vs Il-Kummissjoni  (8). Fi kliem ieħor “anki jekk” (9) il-Kummissjoni aġixxiet konformement mad-dmir tagħha li tiżgura li l-kundizzjonijiet kienu josservaw id-dritt tal-UE ma kienet tagħmel ebda differenza, “peress li l-Memorandum ta’ Ftehim ġie ffirmat wara t-tnaqqis fil-valur tad-depożitu tar-rikorrent fil-BoC” (10). Għal darb’oħra l-Qorti Ġenerali naqset milli tevalwa l-argumenti invokati mill-appellanti: ara b’mod partikolari (d) u (e) hawn fuq.

(g)

Barra minn hekk u sussidjarjament il-Qorti Ġenerali kienet żbaljata fuq punt ta’ fatt meta ddeċidiet li l-Memorandum ta’ Ftehim ġie ffirmat wara t-tnaqqis fid-depożiti fil-każijiet kollha. Fil-każ tal-BoC, it-tnaqqis finali fil-valur ma seħħx sa wara l-Memorandum ta’ Ftehim gie ffirmat fis-26 ta’ April 2013 viz fl-aħħar ta’ Ġunju 2013.

2.

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja taċċetta li l-konvenuti kienu legalment kapaċi li jaġixxu bħala istituzzjonijiet tal-UE, isegwi li id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali dwar it-tieni kap tat-talbiet [għal annullament] imsemmija fil-punti 55 u 60 tas-sentenza jaqgħu a fortiori.


(1)  F’punt 45 tas-sentenza tagħha

(2)  Kawża C-370/12 [2012]

(3)  Punt 45 tas-sentenza

(4)  Paragrafu 45 tas-sentenza datata 10 ta’ Novembru 2014

(5)  Ara wkoll 112 u 163

(6)  Paragrafu 43 tas-sentenza u kawża C-520/12 P

(7)  Paragrafu 54 tas-sentenza

(8)  Kawża T-137/07 f’punt 80

(9)  Kawża T-7/96 Perillo vs Kummissjoni

(10)  Punt 54 tas-sentenza


Top