EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0052

Kawża T-52/15: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2015 – Sharif University of Technology vs Il-Kunsill

OJ C 138, 27.4.2015, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/52


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2015 – Sharif University of Technology vs Il-Kunsill

(Kawża T-52/15)

(2015/C 138/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sharif University of Technology (Tehran, l-Iran) (rappreżentant: M. Happold, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/776/PESK, l-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, l-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1202/2014, u l-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tagħti kumpens għad-danni għar-reputazzjoni tagħha kkawżati minħabba l-aġir tal-Kummissjoni; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/776/PESK (1), tal-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (2), tal-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1202/2014 (3), u tal-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (4), sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur, min-naħa tal-Kunsill, tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrenti;

It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni min-naħa tiegħu ta’ miżuri restrittivi kontra r-rikorrenti;

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur, min-naħa tal-Kunsill, tad-dritt ta’ proprjetà tar-rikorrenti u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità;

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter min-naħa tal-Kunsill meta adotta miżuri restrittivi kontra r-rikorrenti.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/776/PESK, tas-7 ta’ Novembru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 325, p. 19)

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39)

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1202/2014, tas-7 ta’ Novembru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 325, p. 3)

(4)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1 )


Top