EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0343

Kawża C-343/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal do Trabalho de Leiria – il-Portugall) – Modelo Continente Hipermercados SA vs Autoridade Para As Condições de Trabalho – Centro Local do Lis (ACT) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema ta’ amalgamazzjonijiet ta’ kumpanniji b’responsabbiltà limitata — Direttiva 78/855/KEE — Amalgamazzjoni permezz ta’ akkwist — Artikolu 19 — Effetti — Trasferiment tal-attiv u tal-passiv kollu tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata lill-kumpannija li qed takkwista — Ksur imwettaq mill-kumpannija li qed tiġi akkwistata qabel l-amalgamazzjoni — Konstatazzjoni tal-ksur permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva wara din l-amalgamazzjoni — Dritt nazzjonali — Trasferiment tar-responsabbiltà ta’ natura kontravenzjonali tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata — Ammissibbiltà)

OJ C 138, 27.4.2015, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal do Trabalho de Leiria – il-Portugall) – Modelo Continente Hipermercados SA vs Autoridade Para As Condições de Trabalho – Centro Local do Lis (ACT)

(Kawża C-343/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema ta’ amalgamazzjonijiet ta’ kumpanniji b’responsabbiltà limitata - Direttiva 78/855/KEE - Amalgamazzjoni permezz ta’ akkwist - Artikolu 19 - Effetti - Trasferiment tal-attiv u tal-passiv kollu tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata lill-kumpannija li qed takkwista - Ksur imwettaq mill-kumpannija li qed tiġi akkwistata qabel l-amalgamazzjoni - Konstatazzjoni tal-ksur permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva wara din l-amalgamazzjoni - Dritt nazzjonali - Trasferiment tar-responsabbiltà ta’ natura kontravenzjonali tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata - Ammissibbiltà))

(2015/C 138/06)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal do Trabalho de Leiria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Modelo Continente Hipermercados SA

Konvenuta: Autoridade Para As Condições de Trabalho – Centro Local do Lis (ACT)

Dispożittiv

L-Artikolu 19(1) tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE, tad-9 ta’ Ottubru 1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(ġ) tat-Trattat dwar l-għaqda [amalgamazzjoni] ta’ kumpanniji b’responsabbiltà pubblika limitata, kif emendata bid-Direttiva 2009/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li “għaqda [amalgamazzjoni] permezz ta’ akkwist”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva, twassal għat-trasferiment, lill-kumpannija li qed takkwista, tal-obbligu li titħallas multa imposta minn deċiżjoni definittiva wara din l-amalgamazzjoni għal ksur tad-dritt tax-xogħol imwettaq mill-kumpannija li qed tiġi akkwistata qabel l-imsemmija amalgamazzjoni.


(1)  ĠU C 260, 07.09.2013


Top