EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015XC0425(01)

Avviż tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri ta’ kumpens

OJ C 137, 25.4.2015, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 137/28


Avviż tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri ta’ kumpens

(2015/C 137/05)

1.   Kif previst fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1), il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri ta’ kumpens imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidju u l-ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.

3.   Limitu ta’ żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1000 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli)

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Id-dazju kumpensatorju

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66)

7.12.2015

Impenji

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (2013/707/UE) (ĠU L 325, 5.12.2013, p. 214)


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  Faks +32 22956505.

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.


Top